Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2010 – Amen Corner vs UASI – Comercio Electrónico Ojal (SEVE TROPHY)
(Kawża T-192/09)
“Trade mark Kommunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SEVE TROPHY – Trade marks Komunitarji figurattivi preċedenti Seve Ballesteros Trophy u SEVE TROPHY – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Nuqqas ta’ arrikkiment indebitu mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti u nuqqas ta’ ħsara kkawżata lil dawn tal-aħħar – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”
1. Trade mark Komunitarja - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Kawża mressqa quddiem il-qorti Komunitarja - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Ammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)); Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63) (ara l-punt 29)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 52-59)
3. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni - Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża lil prodotti jew servizzi li ma jixxibhux (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 66-79)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Marzu 2009 (Każ R 462/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Amen Corner, SA u Comercio Electrónico Ojal, SL.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Comercio Electrónico Ojal, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade Mark figurattiva li tinkludi l-element verbali SEVE TROPHY għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 9, 14, 18, 25, 28, 35 u 41 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4617213
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Amen Corner, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Trade marks figurattivi Kommunitarji SEVE TROPHY u Seve Ballesteros Trophy (Nri 1541226, 1980341, 2068682 u 3846235), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 14, 25, 28, 35 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda abbażi tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 146) [issostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1], u oppożizzjoni parzjalment milqugħa abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tal-istess test
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell parzjalment milqugħ
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Amen Corner, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy