Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2010 – PVS vs UASI – MeDiTa Medizinische Kurierdienst (medidata)
(Kawża T-270/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva medidata – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MeDiTA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tas-servizzi – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar Regolament (KE) Nru 207/2009]”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 31, 54, 55)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1724/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MeDiTA Medizinische Kurierdienst und Handelsgesellschaft mbH u PVS – Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein Ruhr GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
PVS – Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein-Ruhr GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva medidata bil-kuluri blu, griż u aħjad, għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 41, 42 u 44 – Applikazzjoni Nru 4495842
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
MeDiTA Medizinische Kurierdienst- und Handelsgesellschaft mbH
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni:
Trade mark verbali Ġermaniża MeDiTA għal servizzi fil-klassijiet 35 u 39, peress li l-oppożizzjoni saret kontra r-reġistrazzjoni għall-klassi 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
PVS – Privatärztliche Verrechnungsstelle Rhein Ruhr GmbH hija kkundannata għall‑ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy