Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2011 – Deutsche Bahn vs UASI – DSB (IC4)
(Kawża T-274/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali IC4 – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ICE u trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti IC – Kriterji għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 100, 101)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1380/2007-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Bahn AG u DSB.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ April 2009 (Każ R 1380/2007-1) u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2007 huma annullati.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Bahn AG għall-finijiet kemm ta’ din il-proċedura ġudizzjarja u kif ukoll tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
3)
L-UASI u DSB għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
Full & Egal Universal Law Academy