Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta̕ Ġunju 2012 — Kavaklidere-Europe vs UASI — Yakult Honsha (Yakut)
(Kawża T-276/09)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Yakut — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Yakult — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Setgħa li tingħata ordni — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6)) (ara l-punt 17)
2. Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade mark verbali Yakut u trade mark figurattiva Yakult (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 57)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord ta’ Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Mejju 2009 (Każ R 1396/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Yakult Honsha Kabushiki Kaisha u Kavaklidere Europe.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kavaklidere-Europe hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy