Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2010 – Fédération internationale des logis vs UASI (Kwadru konvess aħdar)
(Kawża T-282/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta kwadru konvess aħdar – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 16, 27-30)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ April 2009 (Każ R 1511/2008‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ kwadru konvess aħdar bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Fédération internationale des logis
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva li tirrappreżenta kwadru konvess aħdar għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 18, 24, 43 u 44 – Applikazzjoni Nru 6468789
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Fédération internationale des logis hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy