Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2010 – Hoelzer vs UASI (SAFELOAD)
(Kawża T-315/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SAFELOAD – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 19, 25, 35)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1157/2008‑4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv SAFELOAD bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Oliver Hoelzer
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva SAFELOAD għal prodotti fil-klassijiet 6 u 12 – Applikazzjoni Nru 6330831
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Oliver Hoelzer huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy