Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Settembru 2010 – Quinta do Portal vs UASI – Vallegre (PORTO ALEGRE)
(Kawża T-369/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali PORTO ALEGRE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISTA ALEGRE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet relattivi ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 53(1)(a)) (ara l-punti 19, 30)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1012/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vallegre, Vinhos do Porto, SA u Sociedade Quinta do Portal, SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE għal prodotti fil-klassi 33
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Sociedade Quinta do Portal, SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Vallegre, Vinhos do Porto, SA
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali Portugiża preċedenti VISTA ALEGRE, għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Trade mark verbali Komunitarja PORTO ALEGRE ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sociedade Quinta do Portal, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy