1
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-31 ta’ Jannar 2012 — Spar vs UASI — Spa Group Europe (SPA GROUP)
(Kawża T-378/09)
“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja SPA GROUP — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti SPAR — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 25, 54, 69-74)
Suġġett
Rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Lulju 2009 (Każ R 123/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Spar Handelsgesellschaft mbH u Spa Group Europe Ltd & Co. KG.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Spar Handelsgesellschaft mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy