Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – Bianchin vs UASI – Grotto (GASOLINE)
(Kawża T-380/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali GASOLINE – Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti GAS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Assenza - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 17)
2. Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Possibbiltà ta’ xebh viżiv bejn trade mark figurattiva u trade mark verbali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 34)
3. Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Reġistrazzjoni bi ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 28, 30, 42, 52)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Lulju 2009 (Każ R 1455/2008-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Grotto SpA u Luciano Bianchin.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali GASOLINE għal prodotti fil-klassi 9 – Trade mark Komunitarja Nru 2901064
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Luciano Bianchin
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Grotto SpA
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark figurattiva Taljana li tinkludi l-element verbali GAS (Keep it simple.) (irreġistrata taħt in-Nri 959343 u 876729) għal, fost oħrajn, prodotti fil-klassi 9, u trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali GAS (Nru 2867463), għal prodotti fil-klassi 9
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Applikazzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja inkwistjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Luciano Bianchin huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy