Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2010 – Rosenruist vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ but b’żewġ kurvi fuqu)
(Kawża T-388/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta but b’żewġ kurvi fuqu – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 15, 27)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 237/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta but b’żewġ kurvi fuqu bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Rosenruist – Gestão e serviços, Lda
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva li tirrappreżenta żewġ kurvi li f’punt wieħed jaqsmu lil xulxin imqiegħda fuq but, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18 u 25
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Rosenruist – Gestão e serviços, Lda hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy