Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Novembru 2010 – Deutsche Bahn vs UASI (Tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar)
(Kawża T-404/09)
“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti f’tagħqid orizzontali tal-kuluri griż u aħmar – Raġuni assoluta għal rifjut – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja -Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 26, 28-37)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2009 (Każ R 379/2009‑1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal bil-kulur, li jikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri griż u aħmar, bħala trade mark Komunitarja.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Deutsche Bahn AG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark li tikkonsisti f’tagħqid tal-kuluri griż u aħmar għas-servizzi tal-klassi 39 – Applikazzjoni Nru 6733315
Deċiżjoni tal-eżaminatur:
Reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Deutsche Bahn AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy