Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – ancotel vs UASI – Acotel (ancotel.)
(Kawża T-408/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva Komunitarja ancotel – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti ACOTEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Pubbliku rilevanti”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti - Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37 sa 39)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1385/2008–1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acotel SpA u ancotel GmbH.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
ancotel GmbH
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva ancotel għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3314424
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Acotel SpA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
B’mod partikolari, trade mark figurattiva Taljana Nru 643751 u trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1442268 ACOTEL għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1385/2008‑1) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn ancotel GmbH.
3)
Acotel SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
Full & Egal Universal Law Academy