Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2010 – Wind vs UASI – Sanyang Industry (Wind)
(Kawża T-451/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Wind – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Wind – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Nuqqas ta’ xebh tal-prodotti u tas-servizzi”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 23-32)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Settembru 2009 (Każ R 1470/2008-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Harry Wind u Sanyang Industry Co., Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Sanyang Industry Co., Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Wind għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 12 u 37 – Applikazzjoni Nru 3362605
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Harry Wind
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni Ġermaniża tat-trade mark figurattiva Wind għal servizzi fil-klassi 37
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Appell miċħud
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
H. Wind huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy