Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2011 – CheapFlights International vs UASI – Cheapflights (Cheapflights)
(Kawża T-460/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Cheapflights – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CheapFlights – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 32, 33)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn CheapFlights International Ltd u Cheapflights Ltd.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Cheapflights Ltd
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark figurattiva Cheapflights għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 39 u 41 sa 44
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
CheapFlights International Ltd
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Reġistrazzjoni bħala trade mark Irlandiża tas-sinjal figurattiv CheapFlights għal servizzi fil-klassijiet 35, 36, 38, 39 u 41 sa 44; applikazzjoni għat-trade mark verbali Irlandiża CHEAPFLIGHTS għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 43; reġistrazzjoni bħala trade mark Irlandiża tat-trade mark verbali CHEAPFLIGHTS għal servizzi fil-klassijiet 38, 41, 42 u 44; reġistrazzjoni bħala trade mark Irlandiża tas-sinjal figurattiv CheapF għal servizzi fil-klassijiet 35, 39 u 41 sa 44; reġistrazzjoni bħala trade mark internazzjonali tas-sinjal figurattiv CheapFlights għal servizzi fil-klassijiet 35, 38, 39 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni kkontestata annullata u l-oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-31 ta’ Awwissu 2009 (Każ R 1356/2007‑4), hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-UASI u Cheapflights Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn CheapFlights International Ltd fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Full & Egal Universal Law Academy