Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2011 – Oetker Nahrungsmittel vs UASI – Bonfait (Buonfatti)
(Kawża T-471/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti – Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 56, 57, 86)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bonfait BV u Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.
Informazzjoni dwar il-kawża
Applikant għat-trade mark Komunitarja:
Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG
Trade mark Komunitarja kkonċernata:
Trade mark verbali Buonfatti għall-prodotti fil-klassijiet 29 u 30 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3939915
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
Bonfait BV
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:
B’mod partikolari, ir-reġistrazzjoni Benelux tat-trade mark verbali Bonfait Nru 393133 u t-trade mark Komunitarja figurattiva Bonfait Nru 648816 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 30
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:
Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis‑Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 340/2007‑4) hija annullata.
2)
L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.
Full & Egal Universal Law Academy