Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Marzu 2011 – Cybergun vs UASI – Umarex Sportwaffen (AK 47)
(Kawża T-503/09)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali AK 47 – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) u Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
Trade mark Komunitarja - Ċessjoni, revoka u invalidità - Raġunijiet assoluti ta’ invalidità - Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a)) (ara l-punti 18, 23-29)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Ottubru 2009 (Każ R 645/2008-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Umarex Sportwaffen GmbH u Cybergun SA.
Informazzjoni dwar il-kawża
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett ta’ applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità:
Trade mark verbali AK 47 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 38 – Trade mark Komunitarja Nru 3249381
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja:
Cybergum SA
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja:
Umarex Sportwaffen GmbH & Co. KG
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni:
Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkonċernata miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:
Annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cybergun SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy