21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/46
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Jannar 2009 — Gruber vs UASI (Run the globe)
(Kawża T-12/09)
(2009/C 69/102)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Gruber (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kienle u M. Krinke, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 ta' Novembru 2008 (Każ R 1779/2007-1), u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Run the globe” għal servizzi fil-klassi 41 (Applikazzjoni Nru 5 154 521)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy