7.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 55/48
Appell ippreżentat minn Luigi Marcuccio fid-19 ta' Jannar 2009 kontra d-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-16/09 P)
(2009/C 55/86)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)
Parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tal-appellant
—
Fi kwalunkwe każ:
(A.1)
tannulla fl-intier tiegħu u mingħajr eċċezzjoni d-digriet appellat.
(A.2)
tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien għal kollox ammissibbli.
—
Prinċipalment:
(B.1)
tilqa' fl-intier tagħhom u mingħajr eċċezzjoni t-talbiet tal-appellant li jinsabu fir-rikors fl-ewwel istanza;
(B.2)
tikkundanna l-appellata għall-ħlas lura lill-appellant tal-ispejjeż kollha, inkluż kemm dawk tal-ewwel istanza kif ukoll dawk tal-appell;
—
sussidjarjament:
(B.3)
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, b'kompożizzjoni ġdida, sabiex tiddeċiedi mill-ġdid fuq l-istess talbiet.
Aggravji u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni appellata f'din il-kawża hija d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-4 ta' Novembru 2008, adottata fil-Kawża T-87/07 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk li ġew invokati fil-Kawża T-9/09 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni.
L-appellant issostni, b'mod partikolari, li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma ddeċidiex fuq punt fundamentali tal-kawża, jiġifieri dwar l-awtorizzazzjoni li tiġi ppreżentata nota ffirmata minn tabib. Qed jiġi invokat ukoll in-nuqqas assolut ta' motivazzjoni u n-nuqqas ta' loġika tad-deċiżjonijiet dwar l-allegata inammissibbiltà tat-talba għad-danni, tat-talba li t-Tribunal jiddikjara “l-eżistenza tal-atti, fatti u aġir inkwistjoni kif ukoll, tal-anqas b'mod inċidentali, l-illegalità tagħhom”, u tar-rikors fl-ewwel istanza fl-intier tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy