21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/48
Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 — Eurotel vs UASI — DVB Project (DVB)
(Kawża T-21/09)
(2009/C 69/106)
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Eurotel SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: F. Paola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DVB Project
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tiddikjara l-invalidità tad-deċiżjoni kkontestata u għalhekk tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja figurattiva “DVB” għaliex hija tmur manifestament kontra l-ittra u l-ispirtu tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;
—
Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva “DVB” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.75.771), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: DVB project
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Dritt ta' trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità ma tallega ebda dritt ta' trade mark, iżda ssostni li t-trade mark inkwistjoni hija deskrittiva u ġenerika.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.
Full & Egal Universal Law Academy