21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/49
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Jannar 2009 — Katjes Fassin vs UASI (Forma ta' wiċċ ta' panda)
(Kawża T-22/09)
(2009/C 69/107)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1299/2006-4;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark tridimensjonali li tirrappreżenta wiċċ ta' panda taċ-ċikkulata, għal prodotti fil-klassi 30 (Applikazzjoni Nru 4 505 161)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) sa fejn it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv mitlub.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy