4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/29
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Park vs UASI — Bae (PINE TREE)
(Kawża T-28/09)
(2009/C 82/51)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Mo-Hwa Park (Hillscheid, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lee, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Chong-Yun Bae (Berlin, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta' Novembru 2008, fil-Każ R 1882/2007-4, u
—
tikkundanna lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-kawża inklużi dawk inkorsi fil-proċedimenti tal-appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurattiva “PINE TREE” għal prodotti fil-klassi 28 (Trade mark Komunitarja Nru 318 857)
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Chong-Yun Bae
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja kkonċernata ddikjarata invalida
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark ikkonċernata rrifjutata
Motivi invokat: inammissibiltà tal-appell u nuqqas ta' użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja kkonċernata skont l-Artikoli 15 u 50(1)(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy