4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/29
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Engelhorn vs UASI — The Outdoor Group (peerstorm)
(Kawża T-30/09)
(2009/C 82/52)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Engelhorn KGaA (Mannheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The Outdoor Group Limited (Northampton, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni R-167/2008-5 tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta' Ottubru 2008;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “peerstorm” għal prodotti u servizzi fil-klassi 25 (it-trade mark Komunitarja Nru 4 115 382)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: The Outdoor Group Limited
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “PETER STORM” għal prodotti fil-klassi 25 (it-trade mark Komunitarja Nru 833 566) kif ukoll it-trade mark irreġistrata fir-Renju Unit “PETER STORM” għal prodotti fil-klassi 18
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark miċħuda
Motivi invokati: Minn naħa, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (1), peress li m'hemm ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti u, min-naħa l-oħra, ksur tar-Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 (2) peress li l-użu ġenwin tat-trade mark opponenti ma ġiex ipprovat b'mod suffiċjenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, p. 1).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy