21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/50
Rikors ippreżentat fil-21 ta' Jannar 2009 — Baid vs UASI (LE GOMMAGE DES FACADES)
(Kawża T-31/09)
(2009/C 69/110)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Baid SARL (Pariġi, Franza) (rappreżentant: M. Grasset, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (UASI) tat-30 ta' Ottubru 2008 (Każ R 963/2008-1) tiġi annullata u mibdula fis-sens li l-appell quddiem l-UASI ppreżentat mir-rikorrenti huwa fondat u, konsegwentement, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tintlaqa';
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “LE GOMMAGE DES FACADES” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 19 u 37 — Applikazzjoni Nru 6 071 641
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhijiex deskrittiva, tal-Artikolu 7(3) tal-imsemmi regolament peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kisbet karattru distintiv permezz tal-użu li sar minnha, u tal-Artikolu 73 tal-imsemmi regolament peress li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata, fil-parti l-kbira tagħha, fuq riferimenti għal paġni tal-Internet.
Full & Egal Universal Law Academy