21.3.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 69/51
Appell ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 minn Luigi Marcuccio mid-digriet tal-4 ta' Novembru 2008 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-18/07, Marcuccio vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-32/09 P)
(2009/C 69/111)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komuntajiet Ewropej
Talbiet tal-appellant
—
F'kull każ:
(A.1)
tannulla d-digriet ikkontestat fit-totalità tiegħu u mingħajr eċċezzjoni.
(A.2)
tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza kien perfettament ammissibbli.
—
Prinċipalment:
(B.1)
tilqa' t-talbiet imressqa mir-rikorrent fir-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza fit-totalità tagħhom u mingħajr eċċezzjoni;
(B.2)
tikkundanna lill-appellanta tħallas lura lill-appellant l-ispejjeż kollha sostnuti minnu kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell;
—
Sussidjarjament:
(B. 3)
tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, f'kompożizzjoni ġdida, sa biex jiddeċiedi mill-ġdid dwarha.
Aggravji u argumenti prinċipali
Dan l-appell huwa magħmul kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta' Novembru 2008, adottat fil-Kawża F-18/07 L. Marcuccio vs Il-Kummissjoni, li ċaħad ir-rikors ippreżentat mir-rikorrent bħala manifestament inammissibbli.
Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant iressaq l-aggravji li ġejjin:
—
Nuqqas assolut ta' motivazzjoni tal-allegazzjonijiet li jikkonċernaw il-kwalifika tan-nota tal-11 ta' Ottubru 2005, imsemmija fil-punt 3 tad-digriet appellat, u tat-talba bbażata fuq l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal u għall-applikabbiltà konsegwenti, fil-każ inkwistjoni, tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal.
—
Nuqqas assolut ta' motivazzjoni tal-allegazzjonijiet li jikkonċernaw id-data li fiha n-nota tal-11 ta' Ottubru 2005 waslet lill-appellata u d-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni kkontestata daħlet fis-seħħ.
—
Illegalità tal-kunsiderazzjonijiet li jikkonċernaw l-allegata inammissibbiltà manifesta tar-rikors fl-ewwel istanza fit-totalità tiegħu.
Nuqqas assolut ta' motivazzjoni, anki minħabba nuqqas assolut ta' investigazzjoni, fir-rigward tad-data tal-preżentata tar-risposta, u żbalji fil-proċedura, minħabba nuqqas ta' osservanza tal-obbligu li ma jiġix ikkunsidrat il-kontenut tar-risposta peresss li ġiet ippreżentata tardivament.
—
Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq, tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali tal-Unjoni Ewropea.
Full & Egal Universal Law Academy