4.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 82/31
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Jannar 2009 — Advance Magazine Publishers vs UASI — Selecciones Americanas (VOGUE CAFÉ)
(Kawża T-40/09)
(2009/C 82/55)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Alkin, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Selecciones Americanas, SA (Sitges (Barċellona), Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 280/2008-4 sa fejn tirrigwarda l-oppożizzjoni bbażata fuq ir-reġistrazzjonijiet tat-trade marks Spanjoli Nru 255 186 u 2 529 728;
—
temenda d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta' Novembru 2008 fil-Każ R 280/2008-4 sabiex il-kunsiderazzjoni tal-oppożizzjoni tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 064 219; u
—
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Advance Magazine Publishers
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VOGUE CAFÉ” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 21, 25 u 43
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 255 186 tat-trade mark figurattiva “Vogue Juan Fort, S.A. — Baladona” għal prodotti fil-klassi 25; ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 529 728 tat-trade mark figurattiva “VOGUE studio” għal prodotti fil-klassi 25; applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 064 219 tat-trade mark figurattiva “VOGUE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35 u 39.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u/jew tal-Artikolu 22(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta sab li l-provi mressqa mill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell kienu kapaċi juru l-użu tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 255 186; ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell evalwa żbaljatament li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Spanjola Nru 2 529 728; ksur tal-Artikolu 20(7) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 peress li l-Bord tal-Appell iddikjara motivi inapplikabbli sabiex jiċħad is-sospensjoni tal-proċedimenti sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja Nru 3 064 219.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU L 303, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy