1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/18
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2009 – Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch vs UASI
(Kawża T-47/09)
2009/C 102/29
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Behindertenhilfe – Aktion Mensch eV (Mainz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. Töbelmann u A. Piltz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Novembru 2008, fil-Każ R 1094/2008-1;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “” għal servizzi fil-klassijiet 35 u 41 (Applikazzjoni Nru 4 606 372)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u peress li ma jeżisti ebda rekwiżit ta’ disponibbiltà.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy