1.5.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/21
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Frar 2009 – Bernhard Rintisch vs UASI – Bariatrix Europe (PROTI SNACK)
(Kawża T-62/09)
2009/C 102/34
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bariatrix Europe Inc. SAS (Guilherand Granges, Franza)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Diċembru 2008 fil-Każ R 740/2008-4 u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “PROTI SNACK” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 – applikazzjoni Nru 4 992 145
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “PROTI” rreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 39 702 429 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; it-trade mark figurattiva “PROTIPOWER” irreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 39 608 644 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; it-trade mark verbali “PROTIPLUS” irreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 39 549 559 għal prodotti fil-klassijiet 29 u 32; l-isem kummerċjali “PROTITOP” irreġistrat fil-Ġermanja taħt in-numru 39 629 195 għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma evalwax il-fondatezza tal-oppożizzjoni; ksur tal-Artikolu 74(2) tar-Regolament Nru 40/94 sa fejn il-Bord tal-Appell ma eżerċitax is-setgħa diskrezzjonali tiegħu jew għall-inqas ma spjegax kif kien eżerċita din is-setgħa; abbuż ta’ poter sa fejn il-Bord tal-Appell ma kkunsidrax dokumenti u provi mressqa mir-rikorrent.
Full & Egal Universal Law Academy