18.4.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/35
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2009 – Chalk vs UASI – Reformed Spirits Company Holdings (CRAIC)
(Kawża T-83/09)
2009/C 90/54
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: David Chalk (Canterbury, Ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Balme, W. James u M. Gilbert Solicitors u S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Reformed Spirits Company Holdings Ltd (St Helier, Jersey)
Talbiet tar-rikorrent
—
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Novembru 2008 fil-Każ R 1888/2007-2;
—
Tneħħi l-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell mir-reġistru tal-UASI u tippermetti r-reġistrazzjoni tar-rikorrent bħala l-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja Nru 2 245 306 wara ċ-ċessjoni minn Arthur Crack Limited lir-rikorrent fil-21 ta’ Jannar 2006;
Sussidjarjament, tirrinvija l-każ quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI sabiex dan jiġi deċiż fid-dawl tal-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja
—
tikkundanna lill-UASI, u inkwantu din tintervjeni f’dawn il-proċeduri, lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż inklużi dawk ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għar-revoka tar-reġistrazzjoni tat-trasferiment: It-trade mark verbali “CRAIC” għal prodotti fil-klassijiet 25, 32 u 33
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob ir-revoka tar-reġistrazzjoni tat-trasferiment: Ir-rikorrent
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Revoka tad-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati:
L-ewwel nett, ksur tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra u japplika l-liġijiet nazzjonali ta’ Stati Membri (f’dan il-każ, ir-Renju Unit) meta adotta deċiżjoni bbażata fuq trasferiment ta’ trade mark Komunitarja;
It-tieni nett, ksur tar-Regola 31 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 (1) peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra l-validità u l-effett ta’ dokumenti li huma pprovduti lilu jekk l-effett legali ta’ dawn id-dokumenti huwa sussegwentement ikkontestat;
It-tielet nett, ksur tal-Artikolu 77(a) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra deċiżjonijiet preċedenti meħuda mill-UASI fid-dawl ta’ fatti u provi oħra pprovduti lilu;
Ir-raba’ nett, ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat ċaħad it-talba tar-rikorrent għar-reġistrazzjoni taċ-ċessjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 245 306;
Fl-aħħar nett, il-Bord tal-Appell b’mod żbaljat irrifjuta li jirrevoka d-deċiżjoni li biha l-UASI rreġistrat lill-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell bħala l-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja Nru 2 245 306, u meta kkonstata li r-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95 ma jippermettux lill-UASI jirreġistra lir-rikorrent bħala l-proprjetarju rreġistrat tat-trade mark Komunitarja Nru 2 245 306.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU 1995 L 303, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy