6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/16
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2009 — Ravensburger vs UASI — Educa Borras (MEMORY)
(Kawża T-108/09)
2009/C 129/27
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ravensburger AG (Ravensburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze, lawyer u Solicitor u G. Würtenberger, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Educa Borras S.A. (Sant Quirze del Valles, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-8 ta’ Jannar fil-Każ R 305/2008-2; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: It-trade mark verbali “MEMORY” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 28
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja kkonċernata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Ċaħda tal-appell
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li t-terminu “memory” bħala deskrittiv u nieqes minn karattru distintiv fiż-żmien meta seħħet il-proċedura ta’ kanċellazzjoni, u b’hekk injora b’mod żbaljat li ċirkustanzi biss ippreżentati fiż-żmien ir-reġistazzjoni tat-trade mark inkwistjoni jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni; Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) flimkien mal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li l-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat l-użu tat-terminu “memory” bħala deskrittiv billi bbaża ruħu fuq żewġ referenzi ta’ użu fi ħdan il-Komunità Europea u mingħajr iktar analiżi dwar jekk dawn jissuġġerixxux użu deskrittiv, u b’hekk ma ikkunsidrax l-użu għal żmien twil mhux ikkontestat tat-trade mark irreġistrata inkwistjoni għall-logħob f’kummerċjalizzazzjoni kompetittiva mmirata lejn il-konsumatur. Il-Bord tal-Appell ibbaża b’mod żbaljat il-konfermazzjoni tiegħu tal-karattru deskrittiv u mhux distintiv tat-trade mark irreġistrata inkwistjoni fuq sorsi mhux evalwati li joriġinaw minn pajjiżi barra mill-Unjoni Europea; Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta irrifjuta li jilqa’ t-talba għal taħrika għal seduta ppreżentata mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy