6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/16
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2009 — PromoCell bioscience alive vs UASI (SupplementPack)
(Kawża T-113/09)
2009/C 129/28
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: PromoCell bioscience alive GmbH Biomedizinische Produkte (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: K. Mende, Rechtsanwältin)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Jannaru 2009 fil-Każ R 996/2008-4;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SupplementPack” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 3, 5, 41 u 42 (Applikazzjoni Nru 5 433 883)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u m’hemmx għalfejn tibqa’ disponibbli
Full & Egal Universal Law Academy