5.12.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 297/21
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2009 — Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-120/09)
2009/C 297/31
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja) u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gerharz u A. Funke, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Frar 2009, fejn din tirrifjuta li tintervjeni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-forma ta’ pagamenti monetarji f’każijiet ta’ insolvenza;
—
sussidjarjament, tibdel ir-rikors għal annullament f’rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza jidhrilha li r-rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni huwa t-tip ta’ rikors adegwat.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti qiegħda tikkontesta l-ittra tal-Kummissjoni D/50594, tat-13 ta’ Frar 2009, dwar l-ilment tagħha fir-rigward tal-pagamenti monetarji f’każijiet ta’ insolvenza mogħtija lil impriżi kif ukoll fir-rigward ta’ kif jinġabru r-riżorsi sabiex isiru dawn il-pagament monetarji fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (CP 79/2007 — Allegata għajnuna fil-forma ta’ pagamenti monetarji fil-każ ta’ insolvenza). F’din l-ittra, il-Kummissjoni tesprimi l-fehma li ma jeżisti ebda ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-miżuri kontenzjużi ma jistgħux jiġu ġġustifikati abbażi tad-Direttiva 80/987/KEE (1). Barra minn hekk, ir-rifjut tal-Kummissjoni li tintervjeni fir-rigward tal-allegat abbuż jikser id-dritt Komunitarju. Dan ir-rifjut lanqas ma jista’ jiġi ġġustifikat abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Bundessozialgericht.
(1) Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 05 Volum 01, p. 217)
Full & Egal Universal Law Academy