6.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/18
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-126/09)
2009/C 129/31
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
Annullament tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet miftuħa (AD 5) EPSO/AD/144/09 (saħħa pubblika), EPSO/AD/145/09 (sigurtà tal-ikel — politika u leġiżlazzjoni), u EPSO/AD/146/09 (sigurtà tal-ikel — verifika, spezzjoni u evalwazzjoni) sabiex jiġu reklutati, rispettivament 35, 40 u 55 amministratur (AD 5) ta’ ċittadinanza Bulgara, Ċiprijotta, Estonjana, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka, Slovena u Ċeka fil-qasam tas-saħħa pubblika.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk tal-Kawża T-166/07 L-Italja vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy