20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/47
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Bongrain vs UASI — Apetito (APETITO)
(Kawża T-129/09)
2009/C 141/98
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bongrain SA (Viroflay, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apetito AG (Rheine, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 720/2008-4; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “APETITO” għal prodotti fil-klassi 29 — Applikazzjoni Nru 3 470 598
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “apetito” għal prodotti fil-klassijiet 5, 11, 21, 29, 30, 37, 39, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 (1) (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) peress li l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li kien hemm xebh bejn il-prodotti, u b’hekk probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati.
(1) Sostitwit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, ĠU L 78, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy