4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/40
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2009 — Eliza vs UASI — Went Computing Consultancy Group (eliza)
(Kawża T-130/09)
2009/C 153/78
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eliza Corporation (Beverly, l-Istati Uniti) (rappreżentant: R. Köbbing, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Went Computing Consultancy Group BV (Utrecht, l-Olanda)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 1244/2008-4; u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “eliza” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9,37 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali “ELISE”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (1) (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009) sa fejn il-Bord tal-Appell ikkunsidra b’mod żbaljat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trademarks inkwistjoni, f’moħħ il-pubbliku relevanti.
(1) Sostitwit bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p.1)
Full & Egal Universal Law Academy