4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/43
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2009 — Four Ace International vs UASI (skiken)
(Kawża T-156/09)
2009/C 153/84
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Four Ace International Ltd (rappreżentant: G. Uphoff, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 519/2008-4 tas-6 ta’ Frar 2009, — innotifikata fil-11 ta’ Frar 2009 —, dwar l-Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 5 819 371, u temendaha fis-sens li r-reġistrazzjoni għandha ssir ukoll għall-prodotti u s-servizzi li ġejjin: klassi 39 — organizzazzjoni ta’ vjaġġi, u klassi 41 — edukazzjoni; taħriġ; divertiment; attivitajiet sportivi u kulturali;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “skiken” għal servizzi fil-klassijiet 35, 39, 41 u 43
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata parjzlament
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u peress li ma hemm ebda rekwiżit ta’ disponibbiltà
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy