18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/13
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2009 — Winzer Pharma vs UASI — Alcon (OFTAL CUSI)
(Kawża T-160/09)
2009/C 167/27
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dr. Robert Winzer Pharma GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: S.Schneller, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alcon Inc.
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-4 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 1471/2007-1 u tilqa’ l-Oppożizzjoni Nru B 809899 għall-prodotti kollha;
—
tikkonċedi l-fażi orali tal-proċeduri;
—
tikkundanna lill-UASI, u sussidjarjament lil Alcon Inc., għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Alcon Cusì SA, li sussegwentement ittrasferixxiet id-drittijiet tagħha lil Alcon Inc.
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “OFTAL CUSI” għal prodotti fil-klassi 5 (Applikazzjoni Nru 3 679 181)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali “Ophtal” għal prodotti fil-klassi 5 (Trade mark Komunitarja Nru 489 948)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), peress li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni, jew minn tal-inqas probabbiltà ta’ assoċjazzjoni, bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy