4.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 153/44
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2009 — Ilink Kommunikationssysteme vs UASI (ilink)
(Kawża T-161/09)
2009/C 153/87
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ilink Kommunikationssysteme GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Schütze, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-5 ta’ Frar 2009 fil-Każ R 1849/2007-4 u
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ilink” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 38 u 42
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni parzjalment irrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa huwa l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), għaliex it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ u għaliex ma jeżistix ir-rekwiżit ta’ disponibbiltà.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja
Full & Egal Universal Law Academy