20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/56
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2009 — Martinet vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-163/09)
2009/C 141/113
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Yvon Martinet (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-L. Fourgoux, avocat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni li rrifjutat il-kandidatura ta’ Y. Martinet għall-post ta’ membru addizzjonali fil-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, lid-Direttur Ġenerali tal-Impriżi u l-Industrija, lill-Kumitat tal-Preselezzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, sabiex b’mod ġenwin u ddettaljat jeżaminaw il-fajl tal-kandidatura ta’ Y. Martinet sabiex tiġi kkumpensata għad-dannu li sofriet mit-telf ta’ opportunità;
—
f’kull każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea, lid-Direttur Ġenerali tal-Impriżi u l-Industrija, lill-Kumitat tal-Preselezzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, ibatu l-ispejjeż fl-intier tagħhom.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li rrifjutat il-kandidatura tagħha għall-post ta’ membru addizzjonali fil-Bord tal-Appell tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) minħabba li l-kandidatura tagħha ma ġietx ikkunsidrata, inkwantu d-dipartiment responsabbli mill-proċess tal-għazla ma rċeviex il-kandidatura tagħha, minħabba li ntbagħtet lill-Viċi-President tal-Kummissjoni, G. Verheugen, f’indirizz differenti minn dak indikat eżatt fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, C 2008, 41 A, p. 8.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti, fir-rigward tat-talba għall-annullament, issostni li:
—
id-deċiżzjoni kkontestata ma tissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni li tikkostitwixxi formalità sostanzjali li għandha tiġi rrispettata;
—
id-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq inċertezza materjali tal-fatti għaliex il-kandidatura ntbagħtet fl-indirizz indikat fis-sejħa għal kandidatura;
—
ġew miksura l-prinċipji tal-amministrazzjoni tajba u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet għall-kandidati, inkwantu l-kandidatura tar-rikorrenti ma ġietx eżaminata.
Full & Egal Universal Law Academy