20.6.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 141/57
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2009 — Vidieffe vs UASI — Ellis International Group Holdings (GOTHA)
(Kawża T-169/09)
2009/C 141/115
Lingwa tar-rikors: It-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Vidieffe Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: M. Lamandini, avukat, D. De Pasquale, avukat, M. Pappalardo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Perry Ellis International Group Holdings Ltd
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla, minħabba ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 u/jew abbuż ta’ poter, id-deċiżjoni mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Frar 2009, safejn tilqa’ parzjalment l-appell u tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni rigward “artikoli tal-ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda, il-prodotti mhux inklużi fi klassijiet oħra; bagolli u bagalji; umbrelel, umbrelel kbar u bsaten għall-mixi” fil-klassi 18 u għall-prodotti kollha fil-klassi 25; u konsegwentement, tikkonferma integralment id-deċiżjoni maħruġa mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI (każ Nru B 909 350 tat-22 ta’ Frar 2008).
—
tikkundanna lill-UASI sabiex jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza.
—
tikkundanna lill-UASI u Perry Ellis għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “GOTHA” (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 665 957), għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Perry Ellis International Group Holdings, Limited.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark Komunitarja figurattiva “gotha” (Nru. 2 896 199), għal prodotti fil-klassijiet 3, 18 u 25.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: ċaħdet l-oppożizzjoni fl-integralità tagħha.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: laqgħet parzjalment l-appell
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1) u, ukoll, abbuż ta’ poter minħabba li kkunsidrat li seta’ kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni bejn sinjali li ma setgħux jiġu konfużi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade marks (ĠU L 11, 14.1.1994, p.1)
Full & Egal Universal Law Academy