18.7.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 167/17
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2009 — Poloplast vs UASI — Polypipe Building Products (P)
(Kawża T-189/09)
2009/C 167/33
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Poloplast GmbH & Co. KG (Leonding, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Bruckmüller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Polypipe Building Products Ltd (Edlinton, Vereinigtes Königreich)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-25 ta’ Frar 2009, jew temendaha fis-sens li jiġi kkonstatat li mhemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, u
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “P” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 11, 17, 19 u 42 (applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 148 194)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Polypipe Building Products Ltd
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva “P” għall-prodotti fil-klassi 17 (Trade mark Komunitarja Nru 33 191) u t-trade mark figurattiva “P POLYPIPE” għall-prodotti fil-klassijiet 6, 11, 17, 19 u 20 (Trade mark Komunitarja Nru 2 685 691)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 207/2009 (1)], sa fejn ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas- 26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy