1.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 180/57
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2009 — COR Sitzmöbel Helmut Lübke vs UASI — El Corte Inglés (COR)
(Kawża T-214/09)
2009/C 180/106
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: COR Sitzmöbel Helmut Lübke GmbH & Co. KG (Rheda-Wiedenbrück, il-Ġermanja) (rappreżentant: Y-G. von Amsberg, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Marzu 2009 (Każ R 376/2008-2), u
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għall-estensjoni tal-protezzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark ikkonċernata: it-trade mark verbali “COR” għal prodotti fil-klassijiet 20 u 27 (Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 839 721)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: El Corte Inglés, SA
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “CADENACOR” (Trade mark Komunitarja Nru 2 362 598) għal prodotti fil-klassi 20
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: protezzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1)), għaliex ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy