15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/29
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2009 — Accenture Global Services vs UASI
(Kawża T-244/09)
2009/C 193/46
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Accenture Global Services GmbH (Shaffhausen, l-Iżvizzera) (rappreżentant: R. Niebel, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Silver Creek Properties SA (Panama, Panama)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-20 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 802/2008-2;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Dipartiment tat-Trade Marks tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) tal-25 ta’ Marzu 2008 fil- proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1019274; u
—
tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva “acsensa”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38, 33, 41 u 42
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali Ġermaniża rreġistrata “ACCENTURE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42; it-trade mark figurattiva Ġermaniża “accenture” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42; trade mark verbali Komunitarja “ACCENTURE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42; trade mark figurattiva Komunitarja “accenture” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 36, 37, 41 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell wettaq żball meta ddeċieda li m’hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; Ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell b’mod żbaljat injora l-fatti ppreżentati mir-rikorrenti.
Full & Egal Universal Law Academy