15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/32
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Société des Pétroles Shell vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/09)
2009/C 193/50
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société des Pétroles Shell SAS (Colombes, Franza) (rappreżentant: P. Hubert, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla, totalment jew parzjalment, ir-risposta negattiva impliċita tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Mejju 2009 għat-talba ta’ aċċess għad-dokumenti miżmuma mill-Kummissjoni (referenza GESTDEM 372/2009), u tiddeduċi l-konsegwenzi kollha neċessarji għal dak li jirrigwarda l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba;
—
sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqisha bħala deċiżjoni, tannulla, totalment jew parzjalment, l-ittra tas-7 ta’ Mejju 2009 tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni li fiha ġie indikat li ma kienx possibbli li tingħata risposta għat-talba tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Kummissjoni (referenza GESTDEM 372/2009), u tiddeduċi l-konsegwenzi kollha neċessarji għal dak li jirrigwarda l-aċċess tar-rikorrenti għad-dokumenti mitluba;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħtiha aċċess għad-dokumenti li jirrigwardaw investigazzjoni dwar il-prattiċi fis-suq tal-provvista ta’ fjuwil tal-ġettijiet f’Réunion, li huma miżmuma mill-Kummissjoni jew li servew bħala korrispondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtorità Franċiża tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari, skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Sussidjarjament, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tqisha bħala deċiżjoni espliċita ta’ rifjut, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-ittra tas-Segretarjat Ġenerali li tindika li l-Kummissjoni mhijiex f’pożizzjoni li tagħti risposta għat-talba tar-rikorrenti għal aċċess għad-dokumenti.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tqajjem motivi identiċi jew simili għal dawk imqajma fil-kuntest tal-Kawża T-245/09, Shell Hellas vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy