29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/44
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2009 — Wilo vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra)
(Kawża T-254/09)
2009/C 205/81
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Wilo SE (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Braun, Rechtsanwalt)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 1196/2008-1 u;
—
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva, li tirrappreżenta kaxxa tal-krank [crankcase] ħadra għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 (Applikazzjoni Nru 5 620 001)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li issa sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1)), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv minimu meħtieġ.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
Full & Egal Universal Law Academy