15.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 193/32
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2009 — Caixa Geral de Depósitos vs UASI — Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (iktar ’il quddiem “la Caixa”)
(Kawża T-255/09)
2009/C 193/51
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Caixa Geral de Depósitos, SA (Liżbona, il-Portugall) (rappreżentanti: F. de la Rosa u M. Lobato García-Miján, abogados)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Caixa d’Estalvis i Pensions de Barcelona (Barċellona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-24 ta’ Marzu 2009 abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
—
sussidjarjament, tannulla l-imsemmija deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-24 ta’ Marzu 2009 abbażi tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
—
tikkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-intervenjenti, għall-ispejjeż sostnuti f’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: CAIXA D’ESTALVIS I PENSIONS DE BARCELONA
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “la Caixa” (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 685 145), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 36, 38 u 45.
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: CAIXA GERAL DE DEPÓSITOS S.A.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Diversi trade marks verbali Portugiżi li jinkludu l-prefiss “caixa” (Nri 357 311, 261 198, 268 466, 302 708, 303 290, 325 155, 325 156, 325 224, 330 542 u 342 311), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36, u t-trade mark figurattiva Portugiża (Nru 357 310) li tinkludi t-terminu “caixa”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni parzjalment milqugħa.
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell milqugħ u deċiżjoni appellata annullata
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u, sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament.
Full & Egal Universal Law Academy