29.8.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 205/46
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2009 — Mannatech vs UASI (BOUNCEBACK)
(Kawża T-263/09)
2009/C 205/84
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mannatech, Inc. (Coppell, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel u C. Steuer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-26 ta’ Marzu 2009 fil-Każ R 100/2009-1; u
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “BOUNCEBACK” għal prodotti fil-klassi 5
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Trade mark tar-rikorrenti rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tal-Regolament tal-Kunsill 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-applikazzjoni tal-prinċipji legali stabbiliti fl-imsemmija dispożizzjonijiet.
Full & Egal Universal Law Academy