12.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/37
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2009 — Sobieski zu Schwarzenberg vs UASI — British-American Tobacco Polska (Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg)
(Kawża T-271/09)
2009/C 220/78
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg (Dortmund, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Fitzner u U. Fitzner, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British-American Tobacco Polska S.A. (Augustów, il-Polonja)
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni — UASI), tat-13 ta’ Mejju 2009 (Każ R 771/2008-4);
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-14 ta’ Marzu 2008 u;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Romuald Prinz Sobieski zu Schwarzenberg” għal prodotti fil-klassijiet 33 u 34 (Applikazzjoni Nru 4 583 761)
Proprjetarja tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: British-American Tobacco Polska S.A.
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Pollakka “JAN III SOBIESKI” għal prodotti fil-klassi 34 (Nru 110 327) u t-trade mark verbali u figurattiva “JAN III SOBIESKI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 30, 32 u 33 (Nru 160 417), bl-oppożizzjoni diretta kontra r-reġistrazzjoni fil-klassijiet 33 u 34
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1) flimkien mal-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2869/95 (2) u tal-Artikolu 60 flimkien mal-Artikolu 81 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2869/95, tat-13 ta’ Diċembru 1995, dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (it-Trademarks u d-Disinji) (ĠU 1995, L 303, p. 33)
Full & Egal Universal Law Academy