26.9.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/19
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2009 — L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-308/09)
2009/C 233/36
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: P. Gentili, avvocato dello Stato)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
Tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea Nru 4263 tal-20/05/2009 — Direttorat Ġenerali Politika Reġjonali, li għandha bħala suġġett: “Programm Operazzjonali Reġjonali “Campania” 2000-2006. Numru tal-applikazzjoni għall-ħlas Sysfin 2009/0154 Adonis A/723 tat-12/01/2009” li tinkludi din id-deċiżjoni: “L-ammont ta’ EUR 18 544 968,79 fir-rigward tan-nefqa sostnuta wara s-17/05/2006 fil-kuntest tal-miżura 1.7, li għandha bħala suġġett is-sistema reġjonali ta’ ġestjoni u rimi tal-iskart, huwa inammissibbli”.
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-99/09 L-Italja vs Il-Kummissjoni (1).
Ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari:
—
Il-ksur tal-Artikoli 32 u 39 tar-Regolament tal-Kunsill (KE), Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali, (2) sa fejn il-konvenuta naqqset il-ħlas tan-nefqa ċċertifikata fuq il-miżura 1.7 “bi stennija għar-riżultat tal-Kawża T-99/09” kif ukoll li rikors pendenti fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet preċedenti tal-proċedura ta’ ħlas ma jinsabx fost l-ipoteżi imperattivi ta’ tnaqqis tal-ħlasijiet strutturali previsti fl-artikoli msemmija iktar ’il fuq.
—
Il-ksur tal-Artikolu 230 KE. Qed jiġi sostnut f’dan ir-rigward li, jekk fil-fatt, talli l-Istati Membri ppreżentaw rikors ġudizzjarju kien hemm il-possibbiltà li fil-konfront tagħhom jonqsu l-ħlasijiet intermedji suċċessivi, dawn ma jkunux iktar ħielsa li jeżerċitaw id-dritt fundamentali għall-protezzjoni ġudizzjarja.
(1) ĠU C 102, 1.5.09, p. 34
(2) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy