10.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 244/14
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2009 — Onidol vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-313/09)
2009/C 244/23
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Organisation nationale interprofessionnelle des graines et fruits oléagineux (Onidol) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u L. Olza Moreno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti qed titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali (1) tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet kkunsidrat li l-qafas kwadru tas-sistema tal-azzjonijiet li jistgħu jittieħdu mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u għall-iżvilupp u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi involuti fl-ipproċessar u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, iffinanzjata mill-ħlas volontarju li sar obbligatorju bid-digriet interministerjali li jitħallas mill-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.
Il-motivi u l-argumenti principali invokati mir-rikorrenti huma sostanzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.
(1) ĠU 2009, C 116, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy