10.10.2009
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 244/14
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awwissu 2009 — Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-314/09)
2009/C 244/24
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Intercéréales (Pariġi, Franza) u Alain Grossi (Nîmes, Franza) (rappreżentanti: B. Le Bret u L. Olza Moreno, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 7846 finali (1), tal-10 ta’ Diċembru 2008, li permezz tagħha l-Kummissjoni kienet ikkunsidrat li l-iskema gwida ta’ azzjonijiet li jistgħu jiġu mwettqa mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali agrikoli Franċiżi, li jikkonsistu f’għajnuna għall-assistenza teknika, għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli ta’ kwalità, għar-riċerka u l-iżvilupp, u għar-reklamar favur produtturi primarji u impriżi attivi fl-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli, finanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji permezz ta’ digriet interministerjali, li għandhom jinġabru mingħand il-membri ta’ dawn l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq komuni.
Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati mir-rikorrenti huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-293/09, CNIEL vs Il-Kummissjoni.
(1) ĠU 2009, C 116, p. 14.
Full & Egal Universal Law Academy